Sewwieq ta’ karozza jista’ jgħoddha b’waħda wara li kmieni dalgħodu l-karozza li kien qed isuq inħakmitlu minn nirien.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7:00, bil-vettura tat-tip Mercedes kienet qed tinstaq bejn San Ġiljan u s-Swieqi.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fejn ikkontrollaw in-nirien.
Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.