L-Erbgħa filgħodu deputati tal-Oppożizzjoni komplew jirreaġixxu għal vot ta’ sfiduċja ieħor fil-Kap tal-Oppożizzjoni.
L-iktar li spikka kien kumment li għaddew id-deputati Marlene u Godfrey Farrugia li fl-elezzjoni tal-elfejn u sbatax kienu iffurmaw koalizzjoni mal-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Simon Busuttil. Koalizzjoni li kienet imsejħa waħda tal-konfużjoni iżda Godfrey Farrugia qal li hu u martu kellhom raġun fuq il-koalizzjoni.
“Dik kienet forza nazzjonali, biex inħarsu u nġibu s-sewwa f’dan il-pajjiż u f’din il-leġisaltura qiegħdin nuru…”
“Jista’ jkun nerġgħu narawha?”
“F’din il-leġislatura qiegħdin nuru kemm kellna raġun jien u Marlene li nagħmlu dik il-koalizzjoni.”
Id-deputati Nazzjonalisti li sfiduċjaw il-Kap Nazzjonalista ma qagħdux lura li jkomplu jimminaw il-Kap u jitfgħu botti, waħda f’waħda.
Chris Said wieġeb hekk għall-mistoqsija tal-ġurnalist ta’ One.
Il-bieraħ il-Kap Adrian Delia saħaq li l-vot tal-bieraħ għandu messaġġ deklaratorju, jibgħat messsaġġ biss u ma jwassal għal xejn. X’taħseb dwar dan?”
“Il-vot tal-bieraħ huwa vot sinifikattiv, huwa vot meħud minn wieħed mill-organi importanti tal-partit, l-eżekuttiv u naħseb illi kulħadd għandu r-responsabbiltá li jagħti każ ta’ dak il-vot.”
Ivan Bartolo qal, “Ifhem naħseb ħarġu l-istqarrijiet hux hekk, u kulħadd tkellem bil-mod tiegħu…”
“Delia pero qal li dan il-vot ‘just’ wassal messaġġ, m’għamel xejn iktar, m’għandu l-ebda effett ieħor.”
“I see. Issa dak jarah hu hux, mhux jien.”
Karol Aquilina wieġeb hekk.
“Jiena naħseb li għandu jsegwi l-parir ta’ Louis Galea.”
“Il-bieraħ il-Kap Adrian Delia saħaq li l-vot tal-bieraħ għandu messaġġ deklaratorju, jibgħat messsaġġ biss u ma jwassal għal xejn. X’taħseb dwar dan?”
“Huwa żball kbir li wieħed jinjora meta organi tal-partit bħal ma huma l-grupp parlamentari u l-kumitat eżekuttiv jieħdu deċiżjoni bħal dik.”
Karl Gouder qal hekk mal-ġurnalisti.
“Naħseb intqal biżżejjed f’dawn l-aħħar jiem, il-messaġġ intqal…”
“Taqbel miegħu.”
“Min għandu jieħu l-messaġġ jieħdu imma naħseb li ntqal iktar milli biżżejjed.”
Hermann Schiavone qal hekk
“Naħseb illi kulħadd inkluż, Adrian Delia, għandu jara x’inhuwa l-interess tal-pajjiż l-ewwel u qabel kollox, u x’inhuwa l-interess tal-partit.
Naħseb illi f’ċirkostanzi bħal dawn naħseb illi l-aħjar soluzzjoni hija propju dak li qal Dr.Gonzi u llum ukoll Dr.Louis Galea fejn ikollok leadership race miftuħa inkluż anke jekk ikun irid jikkontesta Dr.Delia.
Dawk li raw liż-żiemel tagħhom jiġi sfiduċjat għat-tielet darba f’ġimgħa kienu xotti fir-reazzjonijiet tagħhom.
“Għad għandek fiduċja fil-kap Adrian Delia wara l-vot tal-bieraħ?”
“Bonġu għalikom.”
M’għandekx kumment x’tgħaddi dwar il-fiduċja li għandek fil-kap jew m’għandekx fiduċja?
“Bonġu għalikom.”
“Għad għandek fiduċja fil-kap Adrian Delia wara l-vot tal-bieraħ?”
“Mela. Imma m’għandix kummenti x’intikom u nirringrazzjakom tal-ġentilezza tagħkom.”
“Anke wara l-istqarrija ta’ Louis Galea matul il-lejl x’taħseb li għandu jkun il-passs li jmiss għal Adrian Delia?”
“Issa naraw.”