Fil-programm Insights fuq ix-xandir nazzjonali, il-Kap tal-Oppożizzjoni ma kienx biss aggressiv fil-konfront tal-ġurnalist li beda jagħmillu l-mistoqsijiet iżda anki naqas milli jwieġeb il-mistoqsijiet li bdew isirulu.
Għal-linja nazzjonali tal-ajru, Bernard Grech ma riedx jgħid xi proposti għandu.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni naqas li jkollu l-fibra meħtieġa biex jgħid xi proposti għandu għall-pajjiż.
Quddiem dikjarazzjoni ta’ ġimgħa qabel, fejn saħaq li jkun iblah jgħid il-proposti tiegħu, Bernard Grech qal li n-nies mhux se jivvutaw għalih illum u talab lill-ġurnalist biex iħallih.
Lanqas dwar kemm se jiġu jiswew il-proposti tiegħu ma ried jgħid u qal li jippubblika li jaqbel lilu.
Fil-programm, Bernard Grech mistoqsi direttament dwar il-pożizzjoni tiegħu dwar diversi temi ried jilgħab gallarija u ma jgħidx lin-nies x’jaħseb hu bħala persuna li qed jaspira li jsir Prim Ministru.
Quddiem ċertifikat ieħor eċċellenti dwar l-ekonomija ta’ pajjiżna fi żmien pandemija, dak tad-DBRS, Bernard Grech ma ġerraħx il-fatt li pajjiżna anki qed jiġi rikonoxxut għat-tajjeb li qed isir, fosthom anki fit-tisħiħ tas-saltna tad-dritt u riformi għall-aktar governanza.
Dwar l-għażla tiegħu li jagħmel lil Kristy Debono bħala kelliema għall-ekonomija meta taħdem mal-Awtorità Maltija għal-logħob, huwa attakka lill-Kummissarju għall-Istandards George Hyzler talli ġibidlu l-attenzjoni li hemm lok għall-kunflitt ta’ interess.
Attakka wkoll lil ta’ qablu, Adrian Delia, fl-istess ġimgħa li ġie kkonfermat li Delia ma riedx ikollu portafoll fix-shadow cabinet ta’ Bernard Grech.
Lil Delia qallu li missu ilu li beda jġedded lill-partit.
Bħal ma kien għamel Lawrence Gonzi mat-Times fl-2013, Bernard Grech ma riedx jgħid jekk jirriżenjax jekk jitlef l-elezzjoni ġenerali.
Imbagħad qal li huwa jirrispondi biss lit-tesserati u lin-Nazzjonalisti u mhux lill-elettorat.