“Imma jekk kulħadd jagħmel bħali u kieku kulħadd għamel bħali, kieku qegħdin fuq it-taraġ ta’ Kastilja biex nirbħu l-Gvern.”
Dan kien kliem id-deputat Nazzjonalista leali lejn Adrian Delia, Edwin Vassallo waqt programm fuq ix-xandir nazzjonali
Vassallo waħħal fid-diżubbidjenza tal-fazzjoni li tappoġġja li issa qed tappoġġja lil Therese Comodini Cachia u qal li kieku kulħadd għamel bħalu u obda lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, kieku l-Partit Nazzjonalista qiegħed fuq l-għatba biex jiggverna.
Fil-programm intervjena wkoll id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo, magħruf li jitħabbeb mal-fazzjoni li sfiduċjat lil Delia, iżda Bartolo u Vassallo ma dehrux fuq il-programm flimkien, f’indikazzjoni ċara li fazzjoni lanqas tpoġġi fejn oħra.