Is-Sibt filgħodu l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech kompla bl-attakki fuq il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela.
Waqt il-programm bl-isem ta’ Ma’ Andrew Azzopardi fuq 103 Bernard Grech iddikjara li Robert Abela falla.
Bernard Grech naqas jgħid il-pakketti t’għajnuna li ta l-Prim Ministru Robert Abela biex iwieżen lill-familji u lin-negozji u kif il-qgħad reġa’ jinsab fl-istess livelli ta’ qabel il-pandemija.
Saħansitra rapport tat-Times fil-jum ta’ qabel ixxandret din l-intervista tefa’ dawl fuq studju minn istitut fl-Awstralja li wera kif pajjiżna ġie l-erbatax-il pajjiż fid-dinja fil-mod kif amministra tajjeb l-pandemija.
Dan apparti li issa Malta hija l-iktar stat membru li għandha rata għolja ta’ tilqim għall-Covid-19.
Intant dwar l-imxija, Bernard Grech baqa’ jiddefendi lid-deputat Nazzjonalista Maria Deguara li kien hu li poġġieha fil-kumitat tal-partit tal-Covid.
Quddiem dikjarazzjoni ta’ Deguara li l-vaċċin mhuwiex is-soluzzjoni, Bernard Grech qal hekk.
Hawnhekk Bernard Grech ma qalx il-verità u żbalja bil-kbir hekk kif ruling tal-Ispeaker dwar xi ħaġa li tikkonċerna lil Maria Deguara ma kienx dwar id-dikjarazzjoni tal-vaċċin.
Fl-intervista Bernard Grech ftaħar li l-Gvern Nazzjonalista bena l-Isptar Materi Dei u li ġab ix-xogħol
Dan qalu anki jekk pajjiżna kellu livelli ta’ rekord ħażin ta’ qgħad fi żmien Lawrence Gonzi u l-isptar Mater Dei dam ħafna biex inbena filwaqt li parti mill-binja nbniet b’konkos difettuż.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni attakka wkoll ħidmet il-Gvern fil-housing anki jekk pajjiżna qed jara l-bini ta’ 1,700 unit ġdid.
Mistoqsi dwar il-kaċċa u l-insib il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech iddikjara li huwa ma jifhimx x’inhu d-delizzju tal-kaċċaturi.
Dan qalu anki jekk wara benġielha biex ma jidhirx ikrah mal-kaċċaturi.
Fil-programm, Grech reġa’ ħa l-okkażjoni biex iwiddeb lil Adrian Delia dwar id-donazzjoni ta’ nofs miljun ewro li ppreżenta f’isem kumpanija lid-Dar tal-Providenza.
Imbagħad bħal ma għamel f’kull opportunità li kellu fuq il-midja, il-Kap Nazzjonalista ma qalx x’inhuma l-proposti tiegħu, meta mistoqsi direttament x’qed joffri.