Matul il-jum tal-Ħadd, il-Furjana ċċelebrat il-festa ta’ San Patrizju.
Festa tal-qaddis protettur tal-Irlanda li ġiet organizzata hawn għas-sitt sena konsekuttiva.
It-tradizzjoni tgħid illi wara lobgħa football bejn il-Furjaniżi u r-Royal Dublin Fusiliers fl-elf disa’ mija u erbgha, l-klabb tal-futball Furjaniz adotta l-kuluri aħdar u abjad tal-Irlandiżi bħala sinjal ta’ ħbiberija; u bdiet tiġi ċċelebrata din il-festa ta’ kull sena.Kien għalhekk li l-Furjaniżi għamlu rabta storika mal-Irlandiżi, fejn saħansitra bdew jisejħu tal-‘Irish’.
Għalkemm din il-festa ġiet ċelebrata ġimgħa qabel il-jum magħrufa għalih, in-nies xorta waħda attendew bi ħġarhom.
Dawn il-festeġġjamenti ġew organizzati mill-Kunsill Lokali tal-Furjana u l-Ajax Sports Club. Festa li timmarka it-twelid mil-ġdid ta’ tradizzjoni li kienet issir il-fuq minn mitt sena ilu.