F’dan iż-żmien ta’ festi, Transport Malta, flimkien mal-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq, nedew kampanja biex ikomplu jħeġġu lis-sewwieqa biex ikunu prudenti fis-sewqan, partikolarment, biex min se jixrob ma jsuqx.
Fi stqarrija ntqal kif din is-sena kienet sena partikolari fejn ir-rutina nbidlet u għalekk kulħadd kellu jirrifletti aktar minn qatt qabel. Kien għalekk li xtaqu jwasslu messaġġ b’differenza permezz ta’ filmat qasir, dwar l-importanza kif wieħed m’għandux jixrob jekk se jkun se jsuq.
It-taqsima tal-infurzar ta’ Transport Malta għal sena oħra ser jagħmlu bosta spezzjonijiet mal-pajjiż kollu biex jaċċertaw li jkun hemm sewqan bil-galbu u b’hekk tkun żgurata s-sigurtà tas-sewwieqa u l-passiġġieri f’pajjiżna matul dawn iż-żminijiet.
Kemm l-Awtorità kif ukoll il-Kunsill, se jibqgħu jaħdmu biex ikomplu jwasslu dan l-għarfien u l-edukazzjoni.