Illejla qed jitlaqqa’ l-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista u hu u dieħel fid-Dar Ċentrali, id-deputat Nazzjonalista u esponent ewlieni tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, Jason Azzopardi qal li huwa ovvju min qiegħed iżomm li jiġu ppubblikati r-rapporti tad-due diligence fuq iż-żewġ kandidati għal Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Fl-aħħar sigħat, Jason Azzopardi esponent ewlieni mill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil u li qed jimmonta l-kampanja ta’ Bernard Grech, għadda sensiela ta’ botti diretti lejn Delia dwar ir-rapporti tad-due diligence.