L-Ispeaker tal-kamra tar-rappreżentanti Anġlu Farrugia sab li prima facie hemm każ ta’ ksur ta’ privileġġ li tqajjem fis-seduta tat-Tnejn mid-deputat Laburista Chris Cardona.
Chris Cardona talab ruling mill-ispeaker wara li f’Jannar li għadda, Azzopardi sejjaħlu giddieb u korrott waqt attività politika fil-każin Nazzjonalista ta’ Ħal Tarxien.
Id-deputat Nazzjonalista li tella’ filmat tal-intervent tiegħu fuq is-sit soċjali ta’ Facebook.
Fid-deċiżjoni tiegħu, l-ispeaker Farrugia wasal għall-konklużjoni li l-pubblikazzjoni ta’ Azzopardi kienet prima facie tammonta għal ksur ta’ privileġġ u tmur kontra l-Ordinanza dwar il-Privileġġu u s-setgħet tal-kamra.
Fir-ruling tiegħu, l-ispeaker Farrugia appella għal aktar rispett bejn id-deputati u sostna li l-imġiba tagħhom tirrifletti ir-rispett tagħhom lejn il-Parlament.