“Waħda wara oħra bdew jarmu l-ġebel minn fuq għal isfel. Xena vera perikoluża.”
Hekk spjegat persuna li poġġiet filmat fuq Facebook fejn juri persuna f’binja jarmi ġebla wara oħra għal isfel, bil-ġebel jinżlu għal ġo trakk ipparkjat ħdejn il-binja.
Kienu bosta persuni li ma setgħux jemmnu li xi ħadd jista’ jkun daqshekk irresponsabbli hekk kif dan l-att hu wieħed perikoluż li kawża tiegħu jista’ jweġġa’ xi ħadd.
Intant il-persuna li ġibdet il-filmat irrimarkat li hi ħalliet rapport mal-Għassa tal-Pulizija.