Numru ta’ deputati Nazzjonalisti tennew dak li qal il-Kap Nazzjonalista nhar il-Ħadd li għadda fir-Rabat Għawdex meta saħaq li pajjiżna jeħtieġ joħroġ mill-pandemija biex immorru għall-elezzjoni.
Dik id-dikjarazzjoni li rreaġixxew bosta, sabet l-appoġġ ta’ deputati Nazzjonalisti bħal Karl Gouder u Jason Azzopardi, b’tal-ewwel jgħid li mija fil-mija għandna noħorġu mill-pandemija ħalli mmorru għall-elezzjoni.
Saħansitra l-Viċi Kap Nazzjonalista David Agius sfida lill-Prim Ministru.