Filmat li qed idur fuq il-mezzi soċjali juri raġel jidħol f’karozza u jaqbad itiha għan-niżla fil-baħar fl-Armier.
Ir-raġel jidher joħroġ mill-karozza qabel mal-karozza tal-għamla Honda Accord tispiċċa fil-baħar.
Fl-isfond jinstema’ d-daħq u għalhekk hu mifhum li din setgħet kienet xi ċajta.
Rapporti qed jgħidu li l-pulizija qed tinvestiga l-każ hekk kif huwa llegali li wieħed jaqbad jarmi karozza fil-baħar.
Ftit wara l-karozza ttellgħet l-art u ritratt li deher wara juri ħsarat estensivi li ġarrbet il-karozza.