Attivisti u kif ukoll għadd ta’ persuni li jitimgħu l-qtates qed jappellaw għall-għajnuna wara li filmati miġbuda minn kameras tas-sigurtà qabdu raġel idur b’karozza tal-għamla BMW iħuf fit-toroq Maltin u jaqbad qtates ta’ barra mingħajr ebda raġuni partikolari.
Huma bosta li qed jibżgħu li l-istess raġel qed joqtol lil dawn il-qtates, hekk kif s’issa qed jingħad li sparixxew madwar sittin qattus mil-lokalitajiet.
Attivista favur id-drittijiet tal-annimali, Romina Frendo, allegat fuq Facebook kif dan l-istess raġel huwa proprju l-istess wieħed li ftit tal-ġimgħat ilu ġie arrestat b’rabta mas-sejba ta’ żewġt iqtates li nstabu mgħerrqin fil-Belt Valletta qrib stabbiliment tal-ikel.
Frendo poġġiet filmat li juri proprju lill-istess raġel iwaqqaf f’nofs tat-triq, jinżel u jipprova b’ħeffa jaqbad qtates li jgħixu fiż-żona b’xi tip ta’ ikel.
Hi argumentat kif meta wieħed imur biex jitma’ l-qtates kemm iħalli l-ikel hemm, mhux kif deher fuq il-filmat dan ir-raġel, jixxutja l-ikel kif induna li xi ħadd beda jarah x’inhu jagħmel.
Huma bosta li wrew it-tħassib tagħhom fuq Facebook b’biża’ għall-qtates li jieħdu ħsieb.
Kull min għandu xi tip ta’ informazzjoni għandu jagħmel rapport mal-Pulizija.