llum 20 ta’ Marzu 2018 saret inawgurazzjoni ta’ statwa ġdida tad-Duluri fuq stil Spanjol fejn anke saret il-purċissjoni tradizzjonali.
l-Arċisqo Emeritus Pawlu Cremona għamel diskors ħelu mat-tfal permezz ta’ stejjer b’tagħlima.
Din saret minn membri tal-istaff tal-iskola Stella Maris College u x-xoghol sar kollu bl-idejn.
Il-purċissjoni bil marci funebri u innijiet saret mill-iskola sal-knisja tas-Sacro Cuor.
Ix-xogħol sar kollu bl-idejn u l-iskop kien li t-tfal minn ċkunithom isiru jafu t-tradizzjonijiet Maltin anke jekk imħallta ma’ dawk barranin. Huwa fatt magħruf li l-aktar pajjiżi li fihom il-Ġimgħa l-Kbira hija ċċelebrata fuq livell għoli, huma Malta u Spanja.