Il-Partit Nazzjonalista għaddej bi strateġija li juri l-glorja tiegħu tal-passat u jużaha biex jiġbor fondi għall-partit.
Il-Ħadd, il-Partit Nazzjonalista sa minn filgħodu beda jiġbor il-flus u jfakkar b’għeluq snin l-eks Kap Nazzjonalista Eddie Fenech Adami.
Saħansitra Bernard Grech għamel kważi tliet kwarti diskors isemmi lil Fenech Adami u jfakkar li l-partit tiegħu qed jiġbor il-flus
“Imma ser nirringrazzjawh għaliex permezz tal-maratona nkunu qegħdin insaħħu lil dan il-vejikolu.”
Filgħaxija mbagħad il-Kap Nazzjonalista talab biex isir esperiment ħalli n-nies iċemplu.
“Allura nħeġġiġkom tkomplu ċċemplu. Ejja nagħmlu esperiment, ċemplulna u l-ewwel ma tgħidulna huwa, jiena minn, ħalli nisimgħu l-lokalitajiet.”
Id-diskors ta’ Bernard Grech il-Ħadd f’tas-Sliema kien ankrat fil-passat.
“Ejja nfakkrek fl-ewwel snin ta’ Gvern Nazzjonalista fis-1987, fl-ewwel snin ta’ Gvern Nazzjonalista fit-1998.”
Fi tmiem maratona ġbir ta’ fondi, imbagħad Bernard Grech beda jgħajjat mal-kamera u ħabbar is-somma miġbura.
“Anki l-maratoni tal-ġbir ta’ ġbir ta’ fondi tal-birthday ta’ Eddie imma wkoll tan-NET Lives. €58,480, kelma waħda, grazzi, grazzi, grazzi, qegħdin timluna b’kuraġġ, qegħdin timluna b’entużjażmu.”
Evidentament Bernard Grech tfixkel u kulħadd beda jħares lejh u jistennih jieqaf minn dak li kien qed jgħid, anki jekk ma setax jieqaf u deher li mhu se jwaqqfu ħadd.
Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino mbagħad ġibed l-attenzjoni lill-Kap Nazzjonalista li mhux biss intilef fil-passat imma anki fin-numri.