Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità Silvio Parnis qed iżur minn barra d-djar tal-anzjani minn barra, b’mod speċjali dawk li fihom hemm il-ħaddiema f’lockdown mal-anzjani.
Ftit jiem ilu flimkien mal-Prim Ministru Robert Abela, is-Segretarju Parlamentari Parnis żar ir-residenza ta’ San Vinċenz De Paul minn barra fejn hemmhekk sellmu lill-anzjani mill-bogħod u kellmu lil diversi ħaddiema li ta’ kuljum jagħtu l-għajnuna medika meħtieġa lil dawn l-anzjani.
Matul dan il-perjodu dawn il-ħaddiema wrew kuraġġ kbir u mhux biss komplew bil-ħidma tagħhom imma qed jimlew il-vojt kbira li tħalla min-nuqqas ta’ żjarat li qabel kienu jsiru.
Is-Segretarju Parlamentari Parnis flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità Renzo De Gabriele komplew iżuru diversi djar tal-anzjani biex minn distanza jibgħatu messaġġ ta’ kuraġġ lill-anzjani u nirringrazzjaw lill-ħaddiema tax-xogħol eċċezzjonali li qed jagħmlu.