Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li hu għandu fiduċja f’Alla u se jħalli f’idejh.
Ivan Bartolo, li s-sena li għaddiet kien preżenta mozzjoni f’isem il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, ma riedx jgħid jekk għandux fiduċja f’Adrian Delia. Qal li għandu fiduċja fid-demokrazija tal-Partit Nazzjonalista u għal laqgħa tat-Tlieta se jħalli kollox f’idejn Alla.
“Għandek fiduċja fil-Kap? Għandi fiduċja fid-demokrazija, fil-Partit Nazzjonalista. Għandek fiduċja fil-Kap? Għandi fiduċja f’Alla u se nħalli f’idejh.”
Ivan Bartolo qal dan hu u dieħel il-Parlament it-Tnejn filgħaxija.
Ġimagħtejn ilu Adrian Delia qal li hu qatt ma ikkomunika ma’ Yorgen Fenech wara li sar magħruf li huwa sid ta’ 17 Black iżda l-Ħadd t-Times żvelat li Fenech u Delia kkomunikaw wara li sar magħruf li Fenech huwa s-sid ta’ 17 Black.
Mistoqsi dwar dan Ivan Bartolo kien skjett. Qal li kulħadd irid jirrispondi ta’ għemilu.
“Jekk kien hemm xi ħadd, isfar blu aħmar, jien nemmen li kulħadd irid jirrispondi ta’ għemilu. Jiġifieri jittieħdu passi kontrih? Jirrispondi ta’ għemilu.”