F’laqgħa oħra tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi fejn kien qed jixhed Paul Apap Bologna dwar il-kuntratt tal-Electrogas, l-Avukat tas-Sur Apap Bologna qalet li mhux se tħalli lid-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina jagħmel ‘bullying’ fuqha.
Dr Giannella De Marco qalet li hi ma kinitx fil-kumitat biex tiskorja xi punti politiċi.
Aquilina stqarr: “Taħseb li se niġi bullied minnek jiena?
Dr De Marco sostniet: “Jien minix se niġi bullied minnek Sur Aquilina. Jien minisx se niġi bullied minnek. Jien minix qiegħda hawn biex nipprova nieħu punt politiku.”
Oħt id-Deputat Nazzjonalista Mario De Marco aċċennat li huwa d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina li qed jagħmel bullying.
Aquilina tenna: “M’intix se tibbuljani.
Dr De Marco sostniet: “M’intix se tibbulja int. Int m’intix se tibbulja.”
F’aktar battibekki bejn l-Avukat ta’ Apap Bologna u l-Oppożizzjoni ntqal li hemm min qed ifixkel lix-xhud.
Dr De Marco saħqet: “Ma jistax l-Onorevoli jagħmel domandi b’mod li huma kapzjużi u b’mod li huma magħmula apposta biex infixklu lix-xhud. Dan ma jistax jagħmlu.”
F’dan il-kuntest, id-Deputat Laburista Ian Castaldi Paris saħaq li x-xhud għandu jkun komdu li jagħti x-xhieda tiegħu wara mistoqsijiet li bdiet tagħmel l-Oppożizzjoni mhux marbuta mas-suġġett.
L-Onor. Ian Castaldi Paris stqarr: “Irrid inkun ċert jien li inti mhux qed tħossok skomdu f’din l-atmosfera biex tixhed. Dik jinteressani.”
Ix-xhud wieġeb: “No I’ve said I’m not feeling comfortable in this environment.”
Il-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield irrimarka wkoll li l-Oppożizzjoni qed tasal għal ċertu konklużjonijiet li jistgħu jkunu perikolużi.
Huwa qa, “Għandha l-Kap tal-Oppożizzjoni li l-ewwel jipproponi li tingħata maħfra lil ċertu persuni u tiġu hawnhekk tagħmlu kummenti, taslu għall-konklużjonijiet biex, nispera mhux qed tippruvaw tippreġudikaw ċertu każi.”
Intant tul il-laqgħa tal-Kumitat, Dr De Marco reġgħet innutat aġir tal-Oppożizzjoni: “Jien mhux se nħalli lil ħadd jaħseb li għax qegħdin hawn u għax huma eletti mill-poplu li m’għandhomx il-liġi li tiggvernahom.”
Imbagħad ma aktar mistoqsijiet tal-Oppożizzjoni mhux marbuta mas-suġġett, l-istess Oppożizzjoni nqliet b’żejtha.
Meta x-xhud kien mistoqsi: “Ma mortx tar l-futbol mela x’mort tagħmel?
L-Avukat De Marco stqarret: “Jimporta żżommu mas-suġġett ineżami? Dan daqs li kieku għandek dritt issaqsi kemm il-darba pereżempju Dr Azzoppardi mar jitlob fuq xi qabar u tħallas minn Yorgen Fenech x’affarjiet dawn.”