Pollakk ta’ 40 sena li joqgħod in-Naxxar ġarrab ġrieħi gravi wara li waqa’ mill-għoli fil-Ġnejna. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:00 ta’ waranofsinhar.
Kelliem tal-Pulizija kkonferma dan il-każ.
Fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili u Forzi Amati ta’ Malta.
Xhieda fuq il-post qalulna li peress li r-raġel waqa’ fuq il-blat f’żona li mhix aċċessibbli, it-tabib tal-Emerġenza Dr Michael Spiteri kellu jittella’ fuq jetski sabiex imur jassisti lir-raġel.
Għall-ħabta tal-3:50 ta’ waranofsinhar ir-raġel ittella’ permezz ta’ ħelikopter u kelliem tal-Pulizija qal lil dan is-sit li r-raġel kien konxju iżda għadha mhux magħrufa l-kundizzjoni tiegħu.
Huwa ttieħdet l-isptar Mater Dei. Iżda l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.