Il-mużika u l-Maltin żgur li jmorru tajjeb flimkien, bosta jsegwu l-mużika mhux biss dik tax-xena lokali iżda anke dik internazzjonali. Fost dawn insibu bosta li jsegwu l-Eurovision, kif ukoll numru kbir ta’ kantanti Maltin jipparteċipaw f’festivals lokali u internazzjonali.
Huwa propju għalhekk li dan il-filmat ta’ dawn iż-żewġt itfal ikantaw mar viral fuq is-sit soċjali ta’ facebook. F’ dan il-filmat tista’ tisma lil dawn il-kantanti jsaħħru lill-udjenza bil-kanzunetta ‘You Raise me up’, kienu bosta li kkumentaw dwar il-fatt li minkejja għadhom żgħar xorta waħda għandhom vuċi inkredibbli.