Illum kienet l-ewwel jum tad-delegazzjoni Maltija immexxija mill-Ministru responsabbli mill-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela ġewwa Shanghai, fit-tieni China International Import Expo. Id-delegazzjoni Maltija tinkludi rappreżentanti minn Trade Malta, Malta Enterprise u l-Malta Chamber of Commerce.
F’kummenti l-Ministru Abela tkellem kif dalgħodu attenda għaċ-ċerimonja tal-ftuħ indirizzata mill-President tac-Cina Xi Jinping u diversi mexxejja Ewropej.
Diversi pajjizi huma rappreżentati f’din il-fiera inkluż Malta li tellgħet l-ewwel stand tagħha biex turi s-sbuħija ta’ dan il-pajjiż u l-opportunitajiet kummerċjali li joffri. Il-Ministru nnota li huwa kburi bir-relazzjoni b’saħħitha li teżisti bejn Malta u ċ-Ċina.
Il-Ministru Abela attenda wkoll għall-Forum fuq il-World Trade Organisation fejn ġie diskuss il-kummerċ globali, l-isfidi li qed jaffaċja u kif dawn jistgħu jiġu megħluba.
Wara huwa għamel żjara fuq l-istand Maltija flimkien mal-Ambaxxatur ta’ Malta għaċ-Ċina John Aquilina
X’inhi ċ-China International Import Expo?
Dan huwa avveniment kbir u l-ewwel expo iddedikat lejn l-importazzjoni fiċ-Ċina.