Ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu għaddejjin b’operazzjoni kbira sabiex jiġbru ammont kbir ta’ pitrolju li ħareġ fi Triq Ħal-Farruġ.
Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li kawża ta’ dan it-tixrid, il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kienu kostretti jagħlqu t-triq minħabba s-sigurtà tas-sewwieqa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1:30 tat-Tnejn waranofsinhar madankollu minħabba l-ammont ta’ fjuwil li laħaq ħareġ, l-operazzjoni mistennija ddum għaddejja għal numru ta’ sigħat.
Nifhmu li l-Protezzjoni Ċivili qed tuża ’l fuq tunnellati sħaħ ta’ ramel biex tferrxu fit-triq minħabba l-pitrolju li ħareġ mill-ħażna tal-Enemed fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.