F’intervista ma’ Kurt Sansone għall-Maltatoday ħareġ l-aspett uman tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela.
Il-Prim Ministru tenna l-prinċipju tal-umiltà anki quddiem l-akbar mandat elettorali fl-istorja ta’ Malta indipendenti u saħaq kif il-Gvern jaġġusta u jħaddem politika għar-realtajiet tan-nies.
“Jien immur għand in-nies, nidħol fid-djar u jeħtieġ nibqa’ nżomm ruħi ċkejken għall-isfidi tan-nies”, saħaq il-Prim Ministru meta wieġeb dwar l-esperjenzi tiegħu man-nies u kif esperjenzi personali fosthom bħala Avukat u ħidmietu mal-Caritas sawruh f’persuna li jagħti attenzjoni speċjali lill-aspett soċjali.
Il-Prim Ministru semma l-attiviżmu politiku u għal dawk li anki ma vvutawx fl-aħħar elezzjoni ġenerali, Dr Abela qal li jpoġġi bil-qiegħda ma’ dawn in-nies mhux biss sat-test elettorali li jmiss iżda kontinwament jisma’ mingħandhom dwar ħsibijiethom u x’jixtiequ għal dan il-pajjiż.
Mistoqsi mill-ġurnalist dwar il-magħmudija tan-nar li kellu hekk kif daħal fil-kariga ta’ Prim Ministru, Dr Abela rrikonoxxa li kellu u sab ma’ wiċċu sfidi anki internazzjonali iżda jgħożż ir-responsabbiltà li ttih il-kariga biex ikompli jagħmel il-ġid