Il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici qal li jeħtieġ li nkunu realistiċi u wliedna jkomplu jistudjaw f’ambjent li jnaqqas ir-riskji tal-imxija kemm jista’ jkun.
Waqt il-bullettin tal-aħbarijiet ta’ ONE News, Dr. Bonnici tkellem dwar il-linji gwida li tħabbru għall-ftuħ tal-iskejjel.
Qal li l-alternattiva l-oħra kienet li t-tfal ma jidħlux l-iskola.
Saħaq li din mhiex alternattiva fattibbli.
Semma kif il-partijiet involuti tkellmu mal-awtoritajiet dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel u dawn ilkoll qablu li l-edukazzjoni għandha tkompli tingħata f’ambjent bl-inqas riskji possibbli għax dan hu ta’ ġid għat-tfal u għal futur ta’ pajjiżna.