Ira Losco għall-ewwel darba f’programm televiżiv ser tirrakkonta esperjenzi personali relatati mas-saħħa mentali li għaddiet minnhom. Il-kantanta, maħbuba minn bosta, ilha għal dawn l-aħħar xhur tagħmel appelli u twassal messaġġi differenti fuq il-midja soċjali tagħha, iżda permezz tal-programm AWLA, ser titkellem b’mod aktar miftuħ fil-pubbliku dwar ċerta sitwazzjonijiet li kellha tgħaddi.
Ira ser tirrakkonta esperjenzi ta’ ansjeta’ u episodji oħra li ħallew effett fuqha. Fost oħrajn issemmi ċertu dlam li rat f’ħajjitha u dwar ġranet li kienet issibhom iebsa biex tqum filgħodu.
L-ewwel programm ta’ Awla ppreżentat minn Luke Dalli, jixxandar il-Ħamis 30 ta’ Settembru fit-8:30pm fuq ONE.
Segwi hawn ftit minn dak li ser titkellem dwaru Ira waqt Awla: