Il-Prim Ministru Joseph Muscat esprima d-dispjaċir tiegħu għar-riżenja tal-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat spjega li pajjiżna kellhu relazzjonijiet b’saħħithom mal-Gvern Taljan u li jinsab konvint li dawn ir-relazzjonijiet se jkomplu b’mod tajjeb speċjalment fejn tidħol l-immigrazzjoni u l-koperazzjoni fatwali bejn iż-żewġ pajjiżi.
Renzi rriżenja wara li t-Taljani qalu le għall-proposti ta’ bidliet kostituzzjonali li kien qed jipproponi hu stess, u kien meta deher ċar li Renzi tilef il-vot ħabbar li se jirriżenja.
Referendum li kien qed iqisu bħala wieħed importanti ħafna minħabba li kien qed jipproponi bidliet fil-mod kif jaħdem il-proċess demokratiku fl-Italja, pajjiż fejn ħafna drabi ddominat l-instabbiltà u fejn il-proċess leġiżlattiv huwa wieħed li jieħu fit-tul ħafna.
Fil-kummenti tiegħu lil ONE NEWS, il-Prim Ministru spjega li dan l-iżvilupp fil-politika Taljana affettwa l-valur tal-munita ewro u għad irridu naraw jekk dan il-fattur hux se jkun qed iħalli effetti fuq il-banek. Fi kliemu, l-Prim Ministru fisser li m’għandu l-ebda informazzjoni li se jiġu affettwati l-assi Maltin.