Fost l-aħħar investimenti li sar fit-taqsima tar-Rapid Intervention Unit, hemm dak tal-karozzi.
Dan intqal mill-Ispettur Raymond Azzopardi, li huwa nkarigat mit-Taqsima tar-Rapid Intervention Unit waqt intervista fil-bullettin tal-aħbarijiet tas-7:30pm fuq ONE.
L-ispettur Azzopardi qal kif dawn il-karozzi li saru b’investiment ta’ €900,000 jinkludu s-separazzjoni bejn il-pulizija u dawk arrestati, sabiex ikun hemm aktar sigurtà.
L-Ispettur Azzopardi qal kif f’din it-taqsima fiha 77 pulizija u seba’ Surġenti.
Huwa tkellem fuq ir-rondi u ħidmet it-taqsima li jmexxi.
Aktar f’dan il-filmat.