One.com.mt jinsab infurmat li għall-ħabta tad-9:00 ta’ dalgħodu seħħ inċident tat-traffiku bejn trakk u karozza f’Raħal Ġdid.
Fuq il-post immedjatament wasslet ambulanza li qed tagħti l-ewwel għajnuna lil żewġ anzjani li kienu fil-karozza.
Nifhmu li bħalissa għaddejjin l-investigazzjonijiet min-naħa tal-Pulizija.
Fuq il-post tal-inċident issejħu wkoll ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.