Il-Gvern ċaħad u xejjen għal kollox rapport fit-Times tal-lum li allega li l-Gvern qed jikkunsidra jitlob lill-Moneyval estensjoni ta’ sitt xhur qabel isir l-eżami fuq l-istituzzjonijiet Maltin.
Meta mistoqsi dwar dan ir-rapport, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li dan ir-rapport mhu minnu xejn.
Semma li dan hu attentat li jpenġi lill-Gvern bħala wieħed li jinsab f’paniku u li m’huwiex lest li jaffaċja l-eżami li se jsir f’Ottubru li ġej.
Qal li l-istituzzjonijiet jinsabu f’saħħithom u qegħdin jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet li saru fl-aħħar xhur.