Għaddew tnejn u erbgħin sena mindu Malta kisbet il-Ħelsien, meta fil-wieħed u tletin ta’ Marzu tal-elf disa’ mija u disgħa u sebgħin, telqet il-bażi Ingliża.
Dan tfakkar l-Erbgħa filgħodu f’ċerimonja qasira u differenti minn tas-soltu minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija, fuq l-Għolja tal-Ħelsien fil-Birgu.
Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm il-President ta’ Malta George Vella, il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, li poġġew bukketti tal-fjuri fuq l-Għolja tal-Ħelsien.
Din iċ-ċerimonja qasira spiċċat bid-daqq tal-innu nazzjonali.