“Il-Prim Ministru Joseph Muscat hu mexxej Ewropew importanti ħafna u naħseb il-Gvern ta’ Malta kiseb suċċessi kbar fejn ġab prosperità ekonomika għal Malta permezz ta’ viżjoni ġusta għas-soċjetà Maltija.”Kien b’dan il-mod li ddeskriva lill-Prim Ministru Joseph Muscat u x-xogħol ta’ dan il-Gvern, il-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea, Maroš Šefčovič.
Hu spjega kif hu ħadem ferm mal-Prim Ministru Joseph Muscat f’oqsma diversi fejn semma wkoll il-proġetti fis-settur tal-enerġija.
Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat bħalissa jinsab fil-Portugall għal kungress importanti mtella’ mill-Partit Soċjalista Ewropew.