Numru ta’ persuni ġew arrestati waqt rejd knir għd-droga li seħħ ftit tal-ħin ilu f’Tal-Pietá. Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li f’dan ir-rejd kienu involuti Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u dawk tal-Special Intervention Unit li għamlu l-assalt inizjali fuq l-appartament li jinsab fl-ewwel sular.
Filmati miġbuda mill-ġurnalist ta’ ONE juru lill-Pulzija jużaw xi għodda sabiex setgħu fetħu xi aperturi li kienu imbarrati bil-ħadid u l-aluminju. Xhieda fuq il-post tar-rejd qalulna li fis-siegħa u l-ħin semgħu bħal splużjoni filwaqt li xammew riħa ta’ gass. Filfatt ftit tal-ħin wara waslu wkoll membri tal-Protezzjoni Ċivili mit-taqsima tal-HAZMAT u ekwipaġġ ieħor mill-istazzjon li l-Protezzjoni Ċivili għandu fil-Furnaja. Sorsi tagħna qalulna wkoll li dawn issejħu fuq il-post hekk kif waqt ir-rejd intuża xi tip ta’ gass tad-dmugħ.
Minħabba li fl-appartament ma kienx hemm dawl il-Pulizija marru wkoll b’generator li xegħel il-faċċata tal-appartament. Filmati miġbuda minnha juru wkoll il-Pulizija ħerġin b’żewġ irġiel u mara immanetjati li ttieħdu id-Depot tal-Pulizija għal aktar stħarriġ.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
Filmati: Stefan Bajada