Aġġornat
Kollox jindika li dawn it-tiri sparati seħħew wara operazzjoni kbira mill-Pulizija b’rabta ma’ rejd ta’ droga.
Jirriżulta li vettura tat-tip Mazda Demio nstabet b’tiri fuqha u l-Pulizija kienu mgħammra bil-bullet proof vests hekk kif ġew sparati lejhom tiri b’arma tan-nar.
Aktar qabel
Raġel ddaħħal l-isptar b’urġenza wara li ntlaqat minn tir ta’ arma tan-nar fil-Mellieħa madankollu l-Pulizija ma setgħetx tikkonferma li persuna ddaħħlet l-isptar.
Minkejja dan, kelliem għall-Korp tal-Pulizija kkonferma li l-Pulizija qed tinvestiga każ ta’ sparatura li nstemgħet għall-ħabta tas-sitta neqsin kwart ta’ filgħaxija fl-inħawi tal-Miżieb.
Il-Pulizija qalet li għaddejja tfittxija għall-allegat aggressuri, b’rapporti oħra mhux uffiċjali jgħidu li Pulizija lebsin il-bullet proof vests dehru jiġru b’karozza wara vettura SUV fil-bypass tal-Mellieħa.
Ingħad li l-isparatura nstemgħet fejn ir-roundabout taħt pompa tal-petrol, qabel in-niżla lejn l-Għadira.
Fuq il-post ONE News seta’ jara numru ta’ balal minn tiri sparati u lemaħ ħelikopter idur fuq l-inħawi tal-Miżieb.