It-Tnejn filgħaxija numru ta’ taqsimiet tal-Pulizija wettqu spezzjonijiet fil-Marsa. Nifhmu li dawn huma parti mill-ħidma intensiva u konġunta tal-awtoritajiet biex jevitaw kull tip ta’ irregolarità f’pajjiżna.
Crew ta’ One News kien preżenti fi Triq it-Tiġrija, fejn it-toroq tal-madwar kollha ġew magħluqin għat-traffiku, waqt li l-Pulizija kienu qed iwettqu xogħolhom.
Stajna ninnotaw ukoll vettura tal-Protezzjoni Ċivili li kienet qed tgħin f’din il-ħidma. ONE News hu informat li parti mill-operazzjoni li saret kienet waħda għal kontra l-immigrazzjoni irregolari u kontra t-traffikar tad-droga.
Fil-fatt il-Pulizija bdew jitolbu d-dokumenti u jagħmlu spezzjonijiet fuq kull minn għadda miż-żona tul il-ħin estensiv li damet għaddejja l-operazzjoni.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
Filmati: Bjorn Bonello