Bħalissa għaddejjin il-provi taż-żewġ kumpaniji bil-katamarani li se jħaddmu s-servizz tal-fast ferry bejn il-Port tal-Imġarr f’Għawdex u l-Port il-Kbir.
Dan is-servizz ta’ żewġ operaturi, tal-Virtu Ferries u l-Gozo Fast Ferry se jibda mill-1 ta’ Ġunju u ż-żewġ kumpaniji diġà ħarġu n-nollijiet.
Permezz tal-fast ferry se tkun tista’ taqsam iż-żewġ gżejjer mill-Belt għall-Għawdex f’inqas minn tliet kwarti.
Is-servizz tal-fast ferry intlaqa’ b’mod pożittiv minn bosta msieħba, fosthom: l-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu, il-GTA, il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija u l-Għaqda Studenteska Għawdxija, il-GUG.