Fuq l-istazzjon nazzjonali, l-Erbgħa filgħaxija, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li l-awtoritajiet tas-saħħa ħadmu mal-awtoritajiet tal-edukazzjoni u kienet qed tiġi mgħarrbla s-sitwazzjoni.
Wara li l-unjin tal-għalliema ordnat l-istrajk ta’ jumejn, il-Professur Gauci qalet li Malta kienet fost il-pajjiżi fl-Ewropa li ma kelliex għalfejn tagħlaq l-iskejjel.
Qalet li dan kollu rridu nkomplu nsaħħuh għaliex is-saħħa ta’ kulħadd hija ta’ prijorità iżda anki l-edukazzjon hi importanti.
Il-Professur Gauci qalet li żammet kuntatt kontinwu mal-Ministeru tal-Edukazzjoni dwar x’miżuri għandhom jittieħdu fl-iskejjel.
Charmaine Gauci tenniet l-appell li l-ġenituri ma jibagħtux it-tfal l-iskola kemm il-darba dawn ikunu ma jifilħux.