Meta mistoqsija minn ONE News dwar it-tiġijiet skedati għal din is-sena, mhux jerġgħu jsiru lejn l-aħħar ta’ din is-sena, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Prof. Charmaine Gauci qalet li għalissa is-sitwazzjoni ma tippermettix li dawn isiru.
Dan minħabba r-riskju tat-tixrid tal-Coronavirus jiżdied fejn ikun kongregazzjoni ta’ nies ma’ xulxin.
Iżda s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika stqarret li għalissa wieħed ma jistax jgħid x’ħa jiġri aktar tard din is-sena.