Il-Prim Ministru Robert Abela ħareġ jsellem lill-folla li nġemgħet fi Pjazza San Ġorġ, mill-gallarija tal-Palazz tal-President.
Huwa ħa l-ġurament tal-ħatra bħala l-Kap tal-Gvern għall-ħabta tat-3.30 ta’ waranofsinhar. Dan wara li ġie elett mexxej tal-Partit Laburista.
Aktar qabel Joseph Muscat ħalla l-Berġa ta’ Kastilja għall-aħħar dabra u ppreżenta r-riżenja tiegħu minn Prim Ministru ta’ Malta lill-President tar-Repubblika George Vella fil-Palazz tal-President għall-ħabta tas-1:45 ta’ waranofsinhar.