Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela xegħel l-urna tal-Ħelsien fuq il-monument li jfakkar il-ġrajja tal-Ħelsien fil-Birgu.
Dan biex ifakkar il-41 sena minn Jum il-Ħelsien. Kien fil-31 ta’ Marzu 1979 meta l-flotta Ingliża telqet minn Malta darba għal dejjem.
Wara li xegħel l-urna, tela’ ‘l fuq ħdejn il-bandiera Maltija, fejn il-Mexxej Laburista ppreżenta bukkett tal-fjuri flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista George Azzopardi, filwaqt li ndaqq l-innu Malti fl-isfond.