Fil-Parlament, fil-kontro-replika tiegħu għad-diskors ta’ Bernard Grech b’rabta mal-baġit, il-Prim Ministru Robert Abela nnota numru ta’ istanzi fejn toħroġ l-inkompetenza u anke l-ipokrezija tal-Partit Nazzjonalista.
“Però, ilbieraħ, Sur President qisu kien hemm xi naqra ta’ żvilupp min-naħa tal-Oppożizzjoni. Kien se jitkellem, u ngħid kien, il-Kap tal-Oppożizzjoni fuq proposta li kitbulu għall-anzjani. Imma ġietu tajba li skadielu l-ħin u ma laħaqx qrah. Imma, fid-diskors li qassam lill-ġurnalisti, qabel beda jitkellem, qegħda hemmhekk, ħa naqraha. Ħa naqra jien x’kont ħa taqra.”
Il-Prim Ministru Robert AbelaREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Hawnhekk il-Prim Ministru semma kif il-Partit Nazzjonalista qed iwiegħed miżuri li ilhom snin imwettqin minn Gvern Laburista.
“Kellu miktub li se jagħti allowance tal-għoli tal-ħajja lill-anzjani b’pensjoni baxxa. Sur Kap tal-Oppożizzjoni, din il-miżura ilna li wettaqniha sentejn sħaħ.”
Il-Prim Ministru Robert Abela
Dr Abela semma wkoll miżura li l-Kap tal-Oppożizzjoni ma laħaqx qara fid-diskors tiegħu t-Tnejn li għadda.
“Int kont se tgħid, u għandek miktub u hemm il-midja tista’ tikkonferma, li trid tagħti allowance vaga lil sezzjoni biss tal-pajjiż. Aħna taf x’tajnihom €100 miljun bis-saħħa tal-mekkaniżmu addizzjonali tal-għoli tal-ħajja u l-allowance li kont ħa titħaddet dwarha lbieraħ, kienet one off allowance u l-mekkaniżmu tagħna hu wieħed permanenti u jgawdi minnu kulħadd u mhux il-ftit.”
Il-Prim Ministru Robert Abela
Imbagħad il-Prim Ministru qal hekk…
“Imma, għalhekk, ilbieraħ estendejnielek il-ħin biex inħalluk titkellem, ħalli l-poplu jkompli jifhem kemm m’intomx ippreparati biex tiggvernaw.”
Il-Prim Ministru Robert Abela
Fl-istess diskors, il-Prim Ministru, għal darb’oħra, innota li l-Oppożizzjoni trid terġa’ tieħu l-arloġġ lura.
“X’qalulna mill-Oppożizzjoni?! Qalulna li, le mhux sostenibbli dawn. Dawk l-għajnuniet, is-sussidji… erġa’ għidha mela, li mhux sostenibbli. Proset, Kap tal-Oppożizzjoni li jiddieħak bis-sussidji. Ara aħna, għax nafu kemm huma importanti għan-nies, tajnihom, qed nagħtuhom u se nibqgħu nagħtuhom is-sussidji.”
Il-Prim Ministru Robert Abela
Hawnhekk Dr Abela nnota kif il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech m’għandux il-kompetenza li jmexxi l-ekonomija tal-pajjiż.
“Ara meta inti jkollok il-prijoritajiet u l-kompetenza fiskali u ekonomika, tqassam aktar, tnaqqas it-taxxi, tiġbor aktar u tnaqqas id-defiċit. Ara intom, ir-riċetta tagħkom taħdem kompletament bil-kontra. Ma tqassmu xejn, iżżidu t-taxxi, tiġbru inqas u tgħollu d-defiċit. Ara għadu kif qal li l-baqra jiekolha, però fil-pre-budget document baqa’ jfittex il-beef. Qallek sieħbek ‘Where’s the beef? Where’s the beef’ qallek. Imma are verament tidħol għalihom int, ara veru kexxun tidħol għaliha int.”
Il-Prim Ministru Robert Abela