Il-Prim Ministru Robert Abela dalgħodu kien qalb it-tfal żgħar tal-iskola Primarja taż-Żejtun fejn kellu laqgħa sabiħa iżda fuq kollox qatta’ ħin mat-tfal waqt li qraw storja flimkien.
Filmat ippubblikat wera lill-Prim Ministru jitkellem mat-tfal fejn l-istudenti ma qagħdux lura jgħidu tagħhom mal-Prim Ministru. It-tfal tkellmu fuq diversi temi u x’iħobbu jagħmlu fl-iskola u fil-ħin liberu tagħhom.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fl-iskejjel jittellgħu bosta inizjattivi tajbin favur il-qari tal-kotba u t-tagħlim interattiv, bil-Prim Ministru rrimarka kemm ħa gost b’esperjenza edukattiva fost it-tfal.