Il-President tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja, l-FATF Marcus Pleyer spjega li l-Gvern Malti wera impenn politiku kbir biex jibqa’ jwettaq ir-riformi meħtieġa kontra l-kriminalità finanzjarja.
F’konferenza tal-aħbarijiet virtwali, fejn l-FATF ħarġet bil-konklużjonijiet tagħha li bihom poġġiet lil Malta fost oħrajn, f’aktar moniteraġġ, il-President Ġermaniż innota iżda li Malta wettqet progress kbir u rrefera għall-eżitu tal-MoneyVal, fejn Malta ma nstabitx imqar mhux konformi fi kriterju wieħed.
“I’m very thankful for this commitment of the Maltese government and it will turn out in the long-term this will help the country to improve the anti-money laundering systems”, saħaq il-President tal-FATF.
L-FATF irrakkomandat aktar intensifikar fil-ħidma tal-FIAU fuq reati marbuta mal-ħasil ta’ flus u taxxa.
Talbet ukoll biex tintuża iżjed l-intelliġenza finanzjarja biex ikomplu jinqabdu każijiet ta’ kriminalità finanzjarja.
AQRA WKOLL:
https://www.one.com.mt/2021/06/25/malta-se-tibqa-tahdem-biex-tindirizza-t-tliet-rakkomandazzjonijiet-tal-fatf-fl-iqsar-zmien-possibbli/