Il-President-eletta, in-Nutara Myriam Spiteri Debono, ħalliet ir-residenza tagħha, f’Birkirkara, fi triqitha biex uffiċjalment tiġi maħtura bħala President tar-Repubblika tar-Repubblika, f’seduta speċjali tal-Parlament li se jitlaqqa’ fis-Sala tat-Tron, fil-Palazz tal-Gran Mastru.
Spiteri Debono ltaqgħet ukoll ma’ diversi persuni li kienu quddiem ir-residenza tagħha. Minn hawn telqet lejn il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, fil-Belt Valletta, biex uffiċjalment issir il-11-il Kap tal-Istat.
Hi u ħierġa mir-residenza tagħha, in-Nutar Spiteri Debono tat ukoll l-ewwel kumment tagħha fejn spjegat li għandha bżonn l-għajnuna ta’ kulħadd.
Għal aktar aġġornamenti kontinwi, segwu dan is-sit, jew il-programm speċjali li qed jixxandar b’mod dirett fuq dan l-istazzjon.