Saviour Chircop huwa l-pulizija tas-sena wara li meta ma kienx xogħol salva anzjana li ġiet mhedda b’sikkina, waqt li nzerta l-Imsida. Ir-rikonoxximent ingħata dalgħodu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fejn saret it-12-il ċerimonja li rrikonoxxiet għadd ta’ membri tal-Korp li ddistingwew ruħhom b’ħidmiethom għas-servizz lejn iċ-ċittadin.
F’kummenti li ta lil ONE News, Chircop spjega kif pulizija huwa għas-servizz tal-poplu f’kull ħin.