F’sitt ġimgħat ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-liċenzjar tal-kuntratturi, il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech għażel li jabbanduna u ma jieħux sehem f’din il-konsultazzjoni f’settur daqstant importanti.
Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi, f’diskors parlamentari hekk kif l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda Liġijiet Varji dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni wasal fl-istadju tat-tieni qari.
Huwa nnota kif b’differenza l-Gvern jiddeċiedi, waqt il-Partit Nazzjonalista abdika.
“Il-Partit tal-Oppożizzjoni f’sitt ġimgħat minkejja dak kollu li jitkellem minn ħin għal ħin, ma sabx il-ħin ma kellux il-mezz kif iressaq is-sottomissjonijiet tiegħu f’din il-konsultazzjoni, f’sitt ġimgħat ma qal xejn, ma ppreżenta xejn, ma tkellem xejn.”
Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi sostna li din l-abdikazzjoni tal-Partit Nazzjonalista saret fi sfond ta’ konsultazzjoni pubblika mill-aktar wiesgħa, fejn kien hemm erba’ laqgħat mal-pubbliku u li għalihom attendew kważi elf persuna li huma involuti f’dan is-settur.
Il-Ministru Zrinzo Azzopardi sostna wkoll kif f’din il-konsultazzjoni kien hemm bosta persuni, għaqdiet u għaqdiet mhux governattivi li ħadu sehem.
Huwa spjega wkoll kif f’din il-konsultazzjoni pubblika ħadu sehem żewġ partiti politiċi: il-Partit Laburista u l-ADPD, madankollu mhux il-Partit Nazzjonalista li dan l-aħħar ħabbat fuq sidru mhux ftit fuq dan is-settur.

“Kien hemm żewġ partiti politiċi illi għamlu s-sottomissjonijiet tagħhom, li huma: il-Partit Laburista u l-ADPD, u hawnhekk wieħed irid jinnota l-assenza tal-Partit Nazzjonalista, kompletament assenti milli jagħmlu sottomissjoni fejn jidħol f’din il-konsultazzjoni.”
Intant, fid-diskors tiegħu, il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi qal li din il-liġi se tkun qed iġġib bidla fil-qasam tal-kostruzzjoni, hekk kif qabel l-unika liċenzjar kienet dik biss għall-bennejja u kienet tinżamm f’idejn il-Pulizija. B’din il-liġi, din il-liċenzja issa se timxi f’idejn l-Aġenzija għall-Bini u l-Kostruzzjoni.
Zrinzo Azzopardi sostna wkoll li din il-liġi tinkludi wkoll Kunsill Konsultattiv dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni, fi ħdan l-awtorità, biex ikompli jsaħħaħ dan is-settur.
Dan filwaqt li mmarka l-element ta’ aktar infurzar.
“Aktar għodod ta’ infurzar u li aħna jkollna l-operaturi li jifhmu aktar li s-suċċess tal-industrija tal-kostruzzjoni tiddependi mill-pass’il quddiem illi rridu nagħmlu flimkien. U iva, minn dak li smajna waqt il-konsultazzjoni hemm kunsens wiesgħa bejn dawk kollha ta’ rieda tajba, dawk kollha li riedu jagħmlu l-affarijiet bis-serjeta biex immorru f’din id-direzzjoni.”
Il-Ministru qal ukoll li l-pass li jmiss huwa li jittieħdu d-deċiżjonijiet biex isir t-tibdil meħtieġ fosthom li l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni tkun hi li tibda toħroġ il-liċenzji tal-kuntratturi.
Il-Ministru Zrinzo Azzopardi qal li fiż-żmien li ġej se jkunu qed jittieħdu aktar passi dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
Qal ukull li min jonqos f’dan ir-rigward, għandu jwieġeb għal għemilu fl-inqas ħin possibbli u sseħħ ġustizzja.