Nofs l-ilmenti li l-Partit Nazzjonalista ressaq quddiem l-Awtorità tax-Xandir fuq servizzi fost oħrajn imxandra fuq l-istazzjon nazzjonali, li l-partit ta’ Bernard Grech jidhirlu li kien żvantaġġjat, ma ġewx ġustifikati.
Dan apparti li kwart mill-ilmenti tal-Partit Nazzjonalista f’dan ir-rigward, irtirahom il-Partit Nazzjonalista stess.
Żvela dan, id-Deputat Laburista Jonathan Attard waqt programm fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista li fih kien qed jiddibatti mal-Viċi Kap Nazzjonalista David Agius dwar ix-xandir pubbliku.
Qal, “47% tal-każijiet tal-Partit Nazzjonalista ressaq ma nstabx li kellu lment ġustifikat. Kellna sitwazzjoni ta’ 24% li ġew irtirati mill-Partit Nazzjonalista u ġew irtirati għaliex ikun xi reazjoni spontanja, inkluż deċiżjoni mill-aktar li ma tinftehimx, li tagħmel ilment ħabba li l-mara tal-Prim Ministru kienet mistiedna fuq programm, mhux tal-ġrajjiet kurrenti ta, fuq SerataRon.”
Quddiem il-kruċjata li l-Partit Nazzjonalista qed jagħmel fuq ix-xandir nazzjonali, Dr Attard staqsa lil David Agius min kien l-ewwel mistieden tal-programm XTRA preżentat minn Saviour Balzan, l-ewwel programm ta’ ġrajjiet kurrenti mxandar fuq l-istazzjon nazzjonali fl-iskeda tal-ħarifa.
David Agius imbagħad ħassu imbarazzat xħin id-Deputat Laburista ta sfond tal-attakk tal-Partit Nazzjonalista fuq ix-xandir tal-istat.