Il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech inqabad jigdeb fil-fatt fuq l-anomaliji li ħoloq hu stess rigward il-pensjonanti li twieldu qabel l-1962.
Mistoqsi dwar jekk jaqbilx mad-diskriminazzjoni li ħoloq Gvern Nazzjonalista li jagħti pensjoni anqas lil dawk il-pensjonanti li twieldu qabel l-1962, id-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg qal li dan mhuwiex minnu.
ĠURNALIST: “Taqbel mad-deċiżjoni tal-Gvern Nazzjonalista li tagħti pensjoni anqas lil dawk li twieldu qabel l-1962?”
ALBERT BUTTIGIEG: “Qatt ma konna f’dik il-pożizzjoni”.
Il-fatti jgħidu mod ieħor.
Fil-fatt, fl-elfejn u erbgħa, Gvern Nazzjonalista, kien ippubblika White Paper li fiha kien fost oħrajn ressaq numru ta’ rakkomdazzjonijiet għal riforma fil-pensjonijiet.
It-tibdil kien iddaħħal fil-liġi wara li kien approvat mill-Parlament fl-elfejn u sitta, u li ġie ffirmat mill-President ta’ dak iż-żmien Eddie Fenech Adami.
Fi ftit kliem id-diskriminazzjoni li ħoloq Gonzi bejn dawk il-pensjonanti li twieldu qabel l-1962 u dawk li twieldu wara.
Biex jelimina din id-diskriminazzjoni lampanti, Partit Laburista fil-Gvern ra li jwassal żidiet addizzjonali biex flimkien ma’ COLA pjuttost għolja ta’ bħalissa, biex l-effett tad-diskriminazzjoni li ħoloq il-PN fl-2006 jiġi mtaffi u ma jolqotx lill-maġġorparti tal-pensjonanti, li jammontaw għal madwar 90%.
Minn din is-sena mbagħad permezz tal-Budget beda jindirizza aktar din id-diskriminazzjoni li dwarha issa l-Partit Nazzjonalista nqabad jigdeb point-blank.
Buttigieg mhux biss fuq il-pensjonanti li twieldu qabel l-1962 gideb iżda anki dwar żidiet lill-pensjonanti aktar mill-COLA.
ALBERT BUTTIGIEG: “Bl-amment ma nistax ngħidlek, għax mhux xi ħaġa li żżommha, imma jekk tmur tfittex issib żgur.”
ĠURNALIST: “Kemm-il-darba l-Partit Nazzjonalista żied il-pensjonijiet akbar mill-COLA?”
ALBERT BUTTIGIEG: “Naħseb jekk inti tmur tfittex u tara l-istatistika, naħseb hija ċara.”