Id-Deputat Nazzjonalista Joe Ellis spiċċa jattakka liż-żgħażagħ meta ġie biex jitkellem dwar il-pensjonijiet.
Dan għaliex skontu ż-żgħażagħ qed jaħdmu biss xogħlijiet komdi u mhux ibatu.
Minflok huwa qal li ż-żagħżagħ li jifilħu, għandhom jagħmlu xogħol manwali: “Hawn Malta llum għandna żgħażagħ li jifilħu jaħdmu u forsi mhux jaħdmu f’xogħol li suppost qegħdin jaħdmu għaliex qegħdin f’xogħol ‘cushy job’.
Quddiem l-iffriżar tal-pensjonijiet fi żmien ħamsa u għoxrin sena ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti, id-Deputat Nazzjonalista Kristy Debono spiċċat tgħid hekk: “Bla dubju, iva. Fejn tidħol kwalità ta’ ħajja aħjar iva. Bla dubju ta’ xejn.”
Min-naħa tiegħu, il-Viċi Kap Nazzjonalista giddeb is-sewwa magħruf.
Meta kien mistoqsi: “Tirrikonoxxi li l-Partit Nazzjonalista kien friża l-pensjonijiet?”
David Agius qal, “Le, le, le, le. Dik int qed tgħidha. Le.”
David Agius minflok spiċċa jgħidilna li għandu jkun hemm kompetizzjoni biex in-nies jaraw min ta l-iżjed lill-anzjani u saħaq li l-Partit Nazzjonalista jirbaħ żgur: “Ikun tajjeb li nkunu kompetizzjoni bejnietna min jagħmel l-iktar għall-anzjani tagħna. Però ċert li f’din il-kompetizzjoni jirbaħ il-Partit Nazzjonalista.”