Il-Partit Nazzjonalista ddikjara uffiċjalment li ħafna minn dawk li jikkunsmaw il-kannabis għandhom xi ħaġa nieqsa psikoloġikament.
Fil-Parlament, fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, l-Oppożizzjoni ta’ Bernard Grech spiċċat tgħid li min juża l-kannabis mhuwiex ta’ karattru sod, fil-fatt intqal li dan ikun dgħajjef u ġrat xi ħaġa ħażina f’ħajjithom.
Dan il-kliem propju qalitu d-Deputat Nazzjonalista Maria Deguara quddiem xjentisti barranin li kienu qed jieħdu sehem fid-diskussjoni dwar ir-riforma fil-liġi tal-kannabis fil-kumitat parlamentari konġunt għall-affarijiet soċjali u tal-familja.
Maria Deguara qalet: “That a lot of these cannabis users there is something, what we call missing psychological, perhaps they have a weak character. Something have gone wrong in their lives.”
Deguara li mhux l-ewwel darba spiċċat fl-aħbarijiet għal dikjarazzjonijiet differenti, fosthom meta qalet li l-vaċċin għall-Covid-19 mhuwiex is-soluzzjoni u li pajjiżna mhux se jkollu iżjed minn erbgħin elf doża x’jagħti lil poplu, imbaghad saħqet li pajjiżi fejn l-użu tal-kannabis ġie legalizzat, żdied il-bejgħ minn swieq illegali.
Hija sostniet: “Don’t forget that a lot of countries who have legalised it, the black market or the underground market have really exploded.”
Iżda din id-dikjarazzjoni ta’ Deguara ġiet ikkoreġuta mill-President tal-għaqda ReLeaf Andrew Bonello u saħansitra minn espert barrani li kien qed jieħu sehem fid-diskussjoni b’mod virtwali.
It-tnejn li huma qalu li mhux talli l-bejgħ minn swieq illegali ma splodiex, talli fil-fatt naqas, meta pajjiż għamel legali l-użu tal-kannabis.
Bonello stqarr: “Where cannabis have been legalised the black market has actually gone down not exploded. Yes, I would like to confirm, Canada, after a few years over 50% has now regulated market. So every year after the legalisation it’s more regulated and less is going to the black market.”
Il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech huwa l-uniku wieħed li ma ppreżentax il-proposti tiegħu fil-perjodu ta’ konsultazzjoni dwar il-White Paper għar-riforma fil-liġi tal-kannabis.
Dan għal kuntrarju ta’ bosta, li qalu tagħhom fosthom partiti politiċi oħrajn, istituzzjonijiet u anki għaqdiet mhux governattivi.
Il-Partit Laburista qed isejjaħ ukoll għal qafas legali apposta dwar ix-xiri taż-żerriegħa tal-kannabis minn sorsi liċenzjati, u li jista’ jkun sorveljat minn awtorità apposta li tassigura l-kwalità tal-prodott.
Fuq kollox il-Partit Laburista qed isostni li l-legalizazzjoni tal-kannabis tkompli tisħaq fuq il-punt li min jikkonsma l-kannabis mhuwiex kriminal.
Intant il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech kien saħaq li l-Gvern ressaq White Paper biex jikkonsulta dwar l-użu responsabbli tal-kannabis biex jaljena liż-żgħażagħ.
Bernard Grech kien qal, “Robert Abela prova juża din il-kwistjoni tal-kannabis biex mingħalih jaljena u rnexxielu ta wkoll, sa ċertu punt għaliex is-survey tal-Ħadd li għadda wera, illi ż-żgħażagħ anke resqu aktar lejn il-Partit Laburista.”