Il-Parti Nazzjonalista permezz tad-Deputat Maria Deguara, qal li l-vaċċin mhuwiex is-soluzzjoni għall-pandemija tal-Covid-19.
Deguara qalet dan waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista f’San Pawl il-Baħar meta kienet qed twieġeb il-mistoqsijiet ta’ ONE News.
ONE News staqsa dwar ħidmet il-Kumitat tal-Covid-19 tal-Partit Nazzjonalista u li jinvolvi fih il-politiċi.
Madankollu filwaqt li naqset li tipprovdi miżuri konkreti dwar x’seta’ sar aħjar waqt il-pandemija tal-Covid-19 minn dan il-Kumitat, Deguara qalet li l-vaċċin mhuwiex is-soluzzjoni.
Segwi l-filmat hawn taħt: